Il-Fondazzjoni Santa Ċeċilja (Għawdex) se tagħmel il-Kunċert annwali tagħha tal-Ġimgħa Mqaddsa nhar il-Ħadd, 7 ta’ April 2019, fil-Knisja tal-Madonna ta’ Pompei, Victoria, Għawdex. Is-Santa Ċeċilja String Quartet se jippreżenta l-Aħħar Seba’ Kelmiet ta’ Kristu, ta’ Joseph Hayden.
Hayden kien ikkommissjonat dan ix-xogħol orkestrali fl-1786 għas-servizz reliġjuż tal-Ġimgħa l-Kbira fl-Oratorio de la Santa Cueva, knisja taħt l-art f’Kadiz, fi Spanja u sena wara l-kompożitur addatta dawn is-sonatas għal string quartet.
Il-preżentazzjoni ta’ dan ix-xogħol ta’ Joseph Hayden hija première għal Għawdex.