Mark Anthony Saunders ta’ 55 sena mir-Renju Unit ser jiġi estradit lejn Birmingham wara li l-Qorti ordnat li tilqa’ t-talba tal-awtoritajiet Brittanniċi għall-estradizzjoni tiegħu.
Huwa kien qed jigi mfittex b’rabta ma’ każ ta’ frodi. Saunders li jgħix f’Għajnsielem Għawdex qed jaffaċja akkużi ta’ frodi b’rabta ma’ mara anzjana ta 81 sena bl-isem ta’ Marjorie Shaw.
L-imputat li kien jaħdem ta’ carer u issa rtirat,oriġinarjament kien jieħu ħsieb lir-raġel tal-imsemmija anzjana sa ma dan miet. Wara din it-telfa, Saunders beda joffri s-servizzi tiegħu lil Marjorie Shaw sa’ ma eventwalment nibtet relazzjoni bejniethom. Hi kienet ilha tirresjedi miegħu f’Għawdex għal dawn l-aħħar tliet snin.
Sorsi qalu lil one.com.mt li Saunders kien qed jirċievi pagament ta’ £3000 kull erba’ ġimgħat talli kien qed joffri servizzi ta’ ħarsien lil din l-anzjana.
Ftit tal-jiem ilu huwa tressaq il-Qorti għal preżentata fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ma tax il-kunsens tiegħu sabiex jiġi estradit.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Galea u Robinson Mifsud.