F’digriet tal-Qorti, l-Maġistrat Joe Mifsud ippropona li minflok speed camera waħda installata f’parti ‘l bogħod mill-bini residenzjali għandhom jibdew jintużaw il-mobile speed cameras, jew aħjar speed guns li għandhom il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku. Hawnekk fi kliemu spjega li l-speed camera eżistenti mhux taħdem fiż-żamma tal-ordni. Il-Maġistrat Mifsud spjega kif it-triq in kwistjoni, Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi hemm min qed jużaha bħal ċirkwit tat-tiġrijiet tal-vetturi, liema vetturi u l-mod mgħaġġel li jgħaddu bih qed joħolqu periklu kontinwu għal min juża l-imsemmija triq.
Il-Qorti marret fuq il-post diversi drabi u nnotat kif ikun hemm min ikun għaddej b’velocita’ ferm għolja imbagħad inaqqas l-ispeed meta tkun qrib l-ispeed camera. Għalekk irrakomanda li għandu jkun hemm speed calming measures minnufih minn fejn jibda l-bini u kif ukoll int u dieħel is-Siġġiewi minn din it-triq.