Il-kampanja tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump ma kellix x’taqsam mar-Russja fl-elezzjoni tal-elfejn u sittax. Dan skont sommarju tar-rapport tal-konsulent speċjali Robert Mueller li kien preżentat lill-Kungress fil-jum tal-Ħadd.
Is-sommarju tar-rapport ma tax konklużjoni fuq jekk Trump ostakolax il-ġustizzja illegalment, u għaldaqstant ir-rapport ma neħħa l-ebda ħtija minn fuq il-President.
L-Avukat Ġenerali William Barr ta s-sommarju tar-rapport lill-Kungress, bil-President Trump jikteb fuq Twitter li ma kien hemm l-ebda kollużjoni u l-ebda ostaklu.