40 minuta ilu miet ħija. Din kienet l-ewwel dikjarazzjoni tal-Isqof Pawlu Cremona waqt il-quddiesa li fakkret il-50 sena mill-Ordinazzjoni tiegħu. B’vuċu miksura l-Arċisqof emeritu spjega kif ħuħ kien wieħed mix-xhieda tiegħu fil-jum li huwa laħaq qassis. Huwa qal ukoll li jumejn qabel ġiet iċċelebrta din il-quddiesa huwa kien mar fuq ħuħ u bl-aktar mod umli staqsih sabiex jitlob għalih.
Monsinjur Cremona serva bħala Arcisqof ta’ Malta bejn l-2007 u l-2014 sakemm eventwalment ċeda postu għal Arcisqof preżenti Monsinjur Charles J Scicluna.
Fl-istess ċelebrazzjoni li għaliha attendew numru ta’ mistiednin distinti kien hemm ukoll iċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni ta’ Monsinjur George Frendo. Frendo li huwa wkoll Dumnikan u ġie ordinat qassis flimkien ma’ Pawlu Cremona iżda bħalissa qed imexxi l-Arċidjoċesi ta’ Tirana fl-Albania. Wara l-Ordinazzjoni tiegħu fl-1969 Cremona kien serva bħala patri Dumnikan fir-Rabau u hekk kif ħa id-dottorat fit-teoloġija serva bħala kappillan fil-Parroċċa tal-Madonna ta’ Fatima f’Tal-Pietà u fil-Knisja ta’ Ġesu Nazzarenu f’Tas-Sliema.