Nhar il-Ħadd 24 ta’ Marzu, is-Soċjetà nediet sett ta’ marċi funebri fuq CD għas-sena 2019 -“Tgħanniqa”. Din it-tnedija, li saret bl-isfond tal-arkivji rikki tal-Banda Leone, tikkonsisti f’antaloġija ta’ marċi funebri komposizzjoni tas-Surmast Direttur Colin Attard.
Attard, surmast rinomat fix-xena kulturali ta’ pajjiżna, ilu surmast direttur tal-Banda Leone mill-1991. L-antaloġija hija espressjoni mużikali b’mixja tul is-snin li kien surmast u li jinstabu biss fl-arkivji tal-Banda Leone, b’dediki lil persuni importanti għas-Soċjetà li ħallew id-dinja tul dan l-istess żmien. Ic-CD jinstab għall-bejgħ mill-Każin tal-Banda Leone,
Flimkien mat-tnedija tal-antaloġija, tħabbru wkoll inizzjattivi oħrajn mill-Banda Ċittadina Leone. Wara li ftit jiem qabel tħabbar li l-Banda Leone kienet l-ewwel banda f’Malta fuq il-pjattaforma digitali Spotify, tħabbar f’din it-tnedija li hija wkoll l-ewwel fuq Apple Music.
Din il-kumpilazzjoni tista titgawda f’kunċert fil-Katidral t’Għawdex – ‘Tgħanniqa’ , nhar Ħadd il-Palm, 14 t’April 2019, 8pm. Dħul huwa b’xejn iżda wieħed jista jirriserva post fuq info@leone.org.mt jew b’sms fuq 99130694.