Mara ta’ disgħa u ħamsin sena mix-Xewkija tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ filgħodu fi Triq Santa Katerina fix-Xewkija Għawdex, meta l-mara tilfet il-kontroll tal-vettura li kienet qed issuq u baqgħet dieħla ġo ħajt.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Aktar tard, il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ħelikopter.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Paul Coppini li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.