Żewġt irġiel qed jinżammu arrestati mill-Pulizija wara li allegatament kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż fil-Gżira.
Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin ħamsa, il-Pulizija daħlilha rapport li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fi Triq Sir William Reid fil-Gżira.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett u membri mir-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post fejn ġew innutat żewġt irġiel li qablu mad-deskrizzjoni tal-persuni suspettużi.
Minn tfittxijiet li saru fuq l-irġiel, instabet xi għodda li allegatament kienet misruqa.
Għaldaqstant, l-irġiel qed jinżammu arrestati għal aktar investigazzjonijiet.