Steve Galea ta’ 26 sena tqiegħed taħt probation għal tlett snin minflok ma ntbgħat il-ħabs wara li rriforma ruħu u bidel ħajtu.
Huwa nstab ħati li kien qiegħed jgħix minn fuq il-prostituzzjoni, li kien qed iġorr sikkina bla liċenzja u li kien riċediv.
Galea li kien wieħed mit-tlett imputati b’rabta ma’ każ li seħħ f’Awwissu tal-2013 f’Ta’ Xbiex, kien akkużat li kien involut f’sensiela ta’ każijiet ta’ vjolenza fejn il-vittmi jkunu ġew avviċinati minn mara – b’dawn tal-aħħar Galea ġie lliberat minnhom għaliex skont il-Qorti, l-prosekuzzjoni ma kellhiex provi biżżejjed dwar dan.