Żewġ gruppi ta’ studenti mill-Università Amerikana ta’ Arkansosn se jkompli bl-istudji tagħhom fil-kampus tal-Università AmerikanA ta’ Malta f’Bormla bis-saħħa ta’ ftehim li ġie ssiġġilat fl-aħħar jiem bejn iż-żewġ universitajiet.
Ħabbar dan il-Kanċillier tal-Università ta’ Arkansas Dr Kelly Damphousse fi tmiem l-issiġillar tal-ftehim bejn iż-żewġ universitajiet.
“We have two student groups who are coming in summer 2020 who will be doing their study abroad experience here in Malta and then finally AUM students they will have the opportunity to come we have many international students at our campus,” qal Dr. Damphousse.
Dr Damphousse qal li b’dan il-ftehim l-istudenti se jkollhom l-opportunità li jgħixu l-esperjenza studenteska kemm f’Malta u kemm fl-Amerika:
“It’s a great opportunity for Arkansas – it allows our students to get a unique opportunity to earn two different degrees at the same times the great thing is that the students will get a unique opportunity to study abroad- the idea will be they will start at one year at Arkansas State two years at AUM,” kompliet tgħid Dr. Damphousse.
Il-President tal-Università Amerikana f’Malta, il-Professur Lewis Walker qal li din hija opportunità kbira għall-istudenti tal-università li ġejjin minn ħamsa u għoxrin stat differenti kif ukoll għall-istudneti Amerikani biex jesperjenzaw l-istorja unika ta’ pajjiżna.
Intant f’laqgħa ma’ delegazzjoni magħmula mit-tmexxija taż-żewġ universitajiet wara l-iffirmar tal-ftehim, il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna li Malta hija miftuħa għal inizjattivi ambizzjużi bħa dawn bħala parti minn viżjoni ċara li tippożizzjoni lilha nnifisha bħala ċentru internazzjonali għall-eċċellenza fil-qasam edukattiv.