Kważi 15,000 ruħ għad iridu jiġu evakwati mill-ħerba li kkawża ċ-ċiklun Idai f’Mozambique, fl-Afrika t’isfel. Il-vittmi qed jissieltu għal ħajjithom wara l-għargħar li laqat l-inħawi u kkawża ħsarat estensivi. Uffiċjali tas-sigurtà li qed jagħtu l-għajnuna meħtieġa fl-inħawi qed iwissu li għad fadal biżżejjed ilma nadif biex iservi għal tlett ijiem.
Intant, kważi 300 persuna kienu kkonfermati mejta f’Mozambique u fiż-Żimbabwe, iżda n-numru mistenni jiżdied fil-jiem li ġejjin. Iċ-ċiklun b’saħħtu għadda minn fuq Beira il-Ħamis, b’veloċità ta’ kważi 177 kilometru s-siegħa.