Fl-aħħar żjara tagħha bħala Kap ta’ Stat, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca temmet l-impenji internazzjonali tagħha bħalma bdiethom permezz ta’ udjenza mal-Papa Franġisku fil-belt tal-Vatikan.
Fost it-temi diskussi kien hemm kollaborazzjoni akbar bejn is-Santa Sede u Malta, l-immigrazzjoin fil-Mediterran u d-djaolgu inter-reliġjuż.
Fi tmiem udjenza privata, il-Papa sellem lill-President ta’ Malta u qalilha li dak li tagħmel huwa ta’ eżempju. Fl-istess waqt huwa talabha biex titlob għalih.
Viżibbilment emozzjonata, il-President Coleiro Preca li kienet akkumpanjata minn żewġha Edgar, hija tat ħajr lill-Papa għall-ħidma tiegħu u ppreżentatlu wkoll bosta prodotti bnini mill-gżira ta’ Għawdex.