Reginald Bugeja ta’ 46 sena ngħata probation fid-dawl ta’ sentenza ta’ priġunerija wara l-Qorti tal-Appell qalet li ma jkunx xieraq li jinżamm arrestat wara l-isfors li għamel biex biddel ħajtu għall-aħjar.
Bugeja kien qed jaffaċċja 18-il xahar ħabs b’rabta ma’ numru ta’ serqiet li wettaq 19-il sena ilu meta l-akkużat, li dak iż-żmien kien jabbuża mid-droga, spiċċa f’ċirku kriminali.
Ir-raġel kien instab ħati fl-2014 fuq erba’ każijiet separati tal-2000. L-akkużat appella mis-sentenza fejn argumenta li rnexxielu jbiddel ħajtu wara dawn is-snin kollha.
Il-Qorti tal-Appell Kriminali ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima qieset dan kollu fejn qalet kif ma jkunx ġust li jintbagħat ħabs wara li rnexxielu jbiddel ħajtu u jagħżel it-triq it-tajba.
Kien għalekk li l-Qorti poġġiet lill-akkużat fuq tliet snin probation.