Wasal għall-ewwel darba fil-Port il-Kbir l-MSC Bellissima, vapur ġdid li ser jibda jidħol f’pajjiżna darba fil-ġimgħa.
Dan il-vapur huwa twil 315 il-metru, u jesa’ aktar minn 5,500 persuna. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jinsab kburi li dan il-vapur ‘state of the art’ ġie reġistrat f’pajjiżna u se jtajjar l-bandiera Maltija.
Qal kif din is-sena mistenni jiġi mitbuq ir-rekord fit-turiżmu, fejn is-sena l-oħra ġew f’pajjiżna 2.6 miljun turist. Il-Kap Eżekuttiv tal-‘Valletta Cruise Port’ is-Sur Stephen Xuereb qal kif din is-sena mistennija jiġru f’pajjiżna 800,000 turist permezz tal-‘cruiseliners’.
Is-Sur Norman Hamilton, Direttur Maniġerjali tal-Kumpanija Hamilton Travel, li hi l-aġent ewlieni ta’ MSC qal kif dan il-vapur huwa simili għal dak ta’ qablu l-MSC Meraviglia madankollu iżjed lussuż. Qal kif is-sena d-dieħla se jidħol f’pajjiżna vapur ferm akbar.