Anthony Camilleri ta’ 43 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat fost l-oħrajn li hedded lil martu u kkaġunalha biża’ li se tintuża l-vjolenza kontra tagħha.
B’għajnejh ħomor nar u b’ibnu preżenti fl-awla, l-akkużat wiegħed li mhux se jkellem lil martu li ilu miżżewweġ lilha għal erbgħa u għoxrin sena.
Id-difiża spjegat kif dan kien inċident ta’ darba u ma hemm l-ebda proċeduri ta’ separazzjoni bejn il-koppja.
Spjegat ukoll li r-raġel lest joħroġ barra mid-dar matrimonjali u jmur jgħix x’imkien ieħor.
L-akkużat ġie ordnat li jiffirma fl-għassa tal-pulizija taż-Żejtun kuljum u ngħata l-ħelsien fuq depożitu ta’ elfejn ewro u garanzija personali ta’ għaxar t’elef ewro.