Charlot Calleja ta’ 36 sena minn Birkirkara flimkien mas-sieħba tiegħu Roberta Ciangura wkoll ta’ 36 sena minn Raħal Ġdid tressqu l-Qorti wara li fl-20 ta’ Frar, fil-25 ta’ Frar u fis-27 ta’ Frar serqu minn stabbilimenti differenti bl-ammont tal-affarijiet misruqa jammonta għal kważi 350 ewro.
Calleja u Ciangura li ilhom flimkien 23 sena u għandhom 3 itfal ġew akkużati wkoll bl-intenzjoni li jbiegħu l-affarijiet li kienu serqu.
Calleja kien akkużat ukoll li fid-19 u 23 ta’ Frar seraq ġakketta u żarbun b’valur totali ta’ €100 minn ġewwa ħanut tal-ħwejjeġ f’Raħal Ġdid. Dan filwaqt li kien riċediv
Fil-Qorti filfatt intqal kif Calleja kellu fedina penali kkulurita.
Huma ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom u ngħataw il-libertà proviżorja madankollu Calleja nħeles fuq garanzija personali ta’ €10,000.