Jarju Osman ta’ 23 sena mill-Gamba fl-Afrika tressaq il-Qorti akkużat li fit-12 ta’ Marzu seraq minn ġewwa ħanut tal-ħwejjeġ f’San Ġiljan.
Huwa kien akkużat ukoll dakinhar stess kellu fil-pussess tiegħu l-pjanta tal-Cannabis.
Osman ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih u permezz tad-difiża talab għal sentenza sospiża minkejja li kien riċediv. Id-difiża spjegat li jekk jintbagħat il-ħabs jaf jerġa jiltaqa’ ma’ priġunieri li dejjen influwenzawh ħażin.
Il-Maġistrat Depasquale wara li sema’ kemm lill-prosekuzzjoni u d-difiża tah ċans ieħor b’sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin filwaqt li tpoġġa fuq probation.