Raġel ta’ 76 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident stradali f’inċident tat-traffiku fi Triq Aldo Moro, l-Marsa. Il-kundizzjoni tal-anzjana ta’ 74 sena, li kienet passiġġiera, għadha mhix magħrufa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00 a.m fi Triq Aldo Moro. Il-karozza tat-tip Mercedes Benz misjuqa mir-raġel ta’ 76 sena tilfet il-kontroll u ħabtet mal-barrier fil-ġenb tat-triq b’riżultat li daret il-karozza.
Huma ngħataw l-għajnuna medika minn tim mediku mill-Isptar Mater Dei u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili hekk kif kellhom jintervjenu biex setgħu ħarġuhom mill-karozza li għal xi ħin kienu maqbudin fiha.
Il-mara ta’ 74 sofriet ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat Dr. F. Depasquale LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistu flInkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.