F’April ta’ din is-sena, l-iljieli fil-lukandi żdiedu b’1.8% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.
Minn informazzjoni ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, irriżulta li b’eċċezzjonijiet għall-lukandi ta’ 3 u 5 stilel, l-akkomodazzjonijiet irreġistraw żidiet fit-total tal-iljieli. L-ikbar żidiet kienu rreġistrati f’lukandi b’erba’ stilel. Hawnhekk in-numru ta’ ljieli laħqu t-363, 790 lejl, jew 49.4% tat-total.Il-medja tal-iljieli telgħat għal 5.2% f’April ta’ din is-sena. Fuq livell nazzjonali, fix-xahar imsemmi kien hem 164 akkomodazzjoni. Bejniethom offrew 17,149 kamra tas-sodda.