Bosta kienu dawk li lbieraħ 16 ta’ Marzu 2019 żaru ċ-Ċittadella f’Għawdex fejn l-atmosfera nbidlet għal dik ta’ seħer bit-tnemnim tad-dwal tax-xemgħa b’forom u disinni differenti.
Fiċ-Ċittadella nħolqot atmosfera maġika mill-isbaħ fejn kienu mixgħula minn aktar minn 30,000 xemgħa, li minnhom inħolqot arti li tirrappreżenta suġġetti kultrali u l-istorja ta’ Malta.
Il-lejl offra wkoll bosta attivitajiet, bħal re-enactments, dħul b’xejn fil-mużewijiet li jinsabu fiċ-Ċittadella u spettaklu mużikali minn Dcapitals, The Busker u Klinsmann.