Iljunfant Ażjatiku, li tilef saqajh fi splużjoni fil-fruntiera ta’ bejn Myanmar u Tajlandja, għamlulu sieq artifiċjali.
Mosha kellha biss seba’ xhur meta tilfet saqajha wara li għaddiet minn żona b’splussiv imdeffes fl-art li kif tgħaddi minn fuqha tisplodi. Voluntiera mis-santwarju ta’ Lampang qalu li din wasslitha għal diffikultajiet serji f’saħħitha u l-iżvilupp tagħha. Għaldaqstant saritilha din is-sieq artifiċjali biex tnaqqsilha ftit mit-tbatija.
Ritratti: Reuters