Fil-mitt jum li ilu jeżisti l-passaport ta’ Heritage Malta, sebat elef student ġabru l-passaport tagħhom, u b’kollox, wieħed u tletin elf adult u student diġà żaru bosta siti storiċi tal-Aġenzija mingħajr ħlas.
F’konfereza tal-aħbarijeit, il-Minsitru għall-Kultura Owen Bonnici esprima sodisfazzjon għal dawn iċ-ċifri, u fakkar li permezz ta’ inizjattivi bħal dawn il-Gvern qed jipprovdi aċċess aħjar ta’ stit storiċi ta’ pajjiżna.
“Ir-rispons kien wieħed tajjeb ħafna. Immaġinaw 31,000 persuni żaru s-siti. Din hija ċifra sabiħa immens fejn f’mitt jum biss dan-nies kollha raw il-patrimonju Malti. Dan lilna ltija kuraġġ biex nagħmlu aktar għall-familji Maltin u Għawdxin.”
Il-Passaport ta’ Heritage Malta jipprovdi lil student u żewġ adulti b’aċċess bla ħlas u bla limitu fil-mużewijiet u s-siti kollha tal-Aġenzija.
Waqt kull żjara, il-passaport jiġi ttimbrat, biex kull student ikollu rikordju tas-sit li żar. Jekk student ikollu għaxar timbri minn 10 postijiet differenti, jingħata żewġ viżi li jagħtu aċċess ta’ darba għal żewġ siti li ma jkunux normalment miftuħa għall-pubbliku.
Min ikollu 27 timbru minn 27 post differenti, jingħata VISA għal dħul ta’ darba fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni jew rigal esklussiv mingħand Heritage Malta.