Oħt il-kantant ‘Louis Tomlinson’ ta’ ‘One Direction’, Felicite Tomlinson mietet b’attakk tal-qalb fl-età ta’ 18-il sena.
Louis, wieħed mill-kantanti tal-grupp ta’ fama mondjali ‘One Direction’ ġie mgħarraf bl-aħbar l-Erbgħa li għadda u ħassar il-wirja tiegħu f’Comic Relief’.
Il-Pulizija ta’ Scotland Yard ġew mgħarrfa fl-12.52 tal-Erbgħa li għadda li kien hemm mara fir-residenza tagħha li waqfitilha qalbha.
Felicite, ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
S’ issa għadu ma ġiex iddeterminat x’kienet il-kawża tal-attakk tal-qalb.
Felicite u Louis tilfu lil ommhom, bil-lukimja fl-2016.