Pollakka ta’ 70 sena intlaqtet f’inċident tat-traffiku fi Triq Lord Byron, Santa Venera.
Il-mara, li hija residenti l-Pietà, intlaqtet minn Daihatsu Sirion, misjuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti l-Pietà ukoll.
L-ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.