Raġel ta’ 63 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ f’sit tal-kostruzzjoni f’San Ġiljan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa meta r-raġel minn Ħal Safi waqa’ minn xi għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet ġo sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejjħu membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu flimkien ma’ ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar Mater Dei. Aktar tard ġie ċċertifikat li r-raġel qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward il-każ għadhom għaddejjin.