Ajruplan tat-tip Boeing 738 MAX8 instab itir fuq holding pattern fi spazju tal-ajru viċin il-Gżejjer Maltin wara li ġie revokat il-permess ta’ nżul fl-ajruporti kollha Ewropej, inkluż dak ta’ Malta.
Dan l-ajruplan tal-linja tal-ajru Smartwings kien sejjer lejn ajruport fi Praga iżda issa qed jistenna ajruport alternattiv barra mill-Ewropa.
Ir-restrizzjonijiet fl-Unjoni Ewropea daħlu fis-seħħ b’reazzjoni għat-tieni tiġrif fatali ta’ ajruplan tat-tip Boeing 738 MAX8. Jumejn ilu, ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Etjopja ġġarraf ftit minuti wara t-tluq tiegħu u kawża t’hekk kull min kien abbord l-ajruplan tilef ħajtu. Ftit tax-xhur ilu, ajruplan ieħor tal-istess tip kkraxxja u wkoll qatel lil kul min kien abbord. Kawża t’hekk numru ta’ ajruporti, linji tal-ajru u ġurisdizzjonijiet irtiraw il-permessi ta’ tluq u nżul ta dawn it-tip ta’ ajruplani sakemm il-kumpanija Boeing tagħmel evalwazzjoni tas-sistemi kollha abbord dan l-ajruplan.