Alfred Xerri magħruf bħala l-“Uomo” weħel sentenza sospiża fl-istadju tal-appell wara li 10 snin ilu ġie mixli li mess il-ġenitali ta’ żewġ t’ibniet.
Dak iż-żmien dawn it-tfal li huma aħwa kellhom tmien u disa’ snin rispettivament. Il-każ ġie rapurtat li ġara fil-bajja s-sabiħa ta’ Birżebbugia.
Allegatament ir-raġel kien qed jgħum bil-klieb. F’dik il-lejla wara li ġara l-każ it-tfal kienu rrakkuntaw lil ommhom dak li għaddew minnu.
Oriġinarjament ir-raġel ta’ disgħa u sebgħin sena instab ħati u weħel tliet snin ħabs madankollu fl-istadju tal-appell id-difiża immexxija mill-avukat Joe Brincat argumentat li r-raġel laqat lit-tfal aċċidentalment u allura jekk kellu jiġi akkużat kien b’attakk vjolenti indiċenti.
Filwaqt li l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qieset li l-imputat ġie akkużat b’akkużi li ma kellux jiġi akkużat bihom xorta ma skużatx lir-raġel tal-atti li għamel u li fi kliem il-Qorti huma inaċċettabli għax inqanqlu biża’ fost il-minorenni.