Illum se tingħata l-aħħar tislima lil Ronnie Pellegrini.
Huwa għadda għall-ħajja ta’ dejjem il-Ħadd li għadda fl-għomor ta’ 64 sena wara li ftit tax-xhur ilu ħakmitu marda twila.
Il-funeral ta’ Ronnie Pellegrini ser isir għall-ħabta tas-2.30pm fil-Knisja ta’ San Gejtanu il-Ħamrun.
Ronnie Pellegrini ser jibqa; magħruf bħala r-raġel li kien jaħdem qatigħ sabiex jgħin lil min hu batut u kien dejjem jara li d-drittijiet taż-żgħir ikunu mħarsa biex jimxi l-quddiem.
Ronnie Pellegrini kien involut fil-GWU u kien attivist kbir tal-Partit Laburista għal snin twal f’perjodi differenti inkluż fi żminijiet ta’ sfida.
Kien punt ta’ referenza għal ħafna fl-istrutturi tal-Partit Laburista…iżda fuq kollox kien suldat tal-azzar.
F’kumment lil one.com.mt, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista qal li Ronnie kien ħabib u persuna li ta ħajtu għall-Partit Laburista u li dejjem ta spazju għaż-żgħażagħ. Qal li jiftakar li meta beda fil-PL, Ronnie Pellegrini kien wieħed mill-ewwel persuni li ħadem miegħu.
Isma l-kummenti ta’ Randolph De Battista hawnhekk.
Ritratt: Ray Attard