Diskussjonijiet dwar Brexit bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għadhom ma komplewx, skont l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż f’Downing Street, minkejja li baqa jum biss biex jittieħed vot fil-Parlament Ingliż dwar l-abbozz tat-tluq.
Il-Prim Ministru Theresa May tkellmet mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker il-Ħadd filgħaxija wara li jiem ta’ diskussjoni bejn iż-żewġ partijiet ma wasslu għall-ebda soluzzjoni. Dawn id-diskussjonijiet mistennija jkomplu t-Tnejn bil-ħsieb li jkunu ffinalizzati t-tibdiliet meħtieġa qabel il-vot tat-Tlieta f’Westminster.
Ir-Renju Unit mistenni jitlaq b’mod uffiċjali mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ dan ix-xahar.