Walid Ben Muftah ta’ 28 sena mil-Libja inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li darab gravi raġel ieħor nhar il-Ġimgha li għadda.
Huwa kien akkużat ukoll mill-Ispettur Daryl Borg li ġarr strument li jaqta’ jew bil ponta, li kiser il-paċi pubblika u li kien fis-sakra.
Kien akkużat ukoll b’serq ta’ ħwejjeġ tal-‘Pull and Bear’, li laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa u li kien riċediv.
L-akkużat li qal li jaħdem bħala bajjad talab għall-ħelsien mill-arrest, bil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace tiċħad it-talba abbażi li l-akkużat mandux indirizz fiss u li hemm xhieda pajżana li għad iridu jixhdu.
Dr. Victor Bugeja deher għal-Libjan.