Pulizija li kien off-duty arresta raġel li kien qed iwettaq serqa minn ħanut f’Birkirkara.
Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-23:15 meta l-Pulizija arrestat raġel li kien għadu kif wettaq ħsarat fuq ħġieġa ta’ ħanut u b’hekk kiseb aċċess u seraq xi oġġetti mill-istess ħanut li jinsab fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.
Pulizija li kien off-duty waqt li kien għaddej minn Triq in-Naxxar innota li kien hemm il-ħġieġa ta’ stabbiliment li kienet mkissra, u kif ukoll innota persuna liebsa hoodie ħierġa b’xi affarijiet. Il-persuna ħarab minnufih lejn Triq il-Wied fejn twaqqaf mill-istess Kuntistabbli u kien arrestat b’assistenza mill-Pulizija tad-Distrett li marru fuq il-post minnufih.
Fuq ir-raġel ta’ 38 sena nstabu xi oġġetti misruqa u għodod użati għas-serq. Ir-raġel inżamm arrestat, filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.