Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar ta’ Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem f’Għawdex meta vettura tat-tip Fiat misjuqa minn raġel ta’ 62 sena minn Għajnsielem ħabat ma’ mutur tat-tip Suzuki misjuq minn raġel ta’ 28 sena mis-Sannat Għawdex.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar ta’ Għawdex biex jingħata l-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.