Il-Maltin qed jappoġġjaw il-ħsieb li jkun hemm miżuri pożittivi biex iktar nisa jidħlu fid-dinja politika. Dan jirriżulta minn stħarriġ tal-Maltatoday li prova jiskopri l-ħsibijiet tal-Maltin dwar is-suġġett. Irġiel, nisa, Laburisitu u n-Nazzjonalisti lkoll jaqblu dwar il-bżonn tal-bidla f’dan is-settur.
76% tal-popolazzjoni jaqblu li hemm bżonn ta’ iktar nisa fil-parlament. Rata li titla’ għal 86.9% meta wieħedi iqis biss it-tweġibiet tan-nisa. Sebgħin fil-mija jaqblu ma miżuri biex il-bidla tibda ssir. Fil-fatt huma 70% li jaqblu ma’ dan. Fost in-nisa r-rata kienet ta’ 81%. L-istħarriġ tal-Maltatoday jistaqsi dwar il-kwoti.
Għalkemm il-Prim Ministru, Joseph Muscat għamilha ċara fl-aħħar jiem li dak li se jkun qed jipproponi l-gvern mhux kwota. Tant li n-nisa mhux se jkunu qed jieħdu post l-irġiel. Minflok għandu jinħoloq iktar spazju għan-nisa.
“Għalhekk l-azzjoni pożittiva. Affirmitivw action. Positive action. Irridu neħħu il-kelma kwoti mix-xena. Għax kwota hi meta mara tieħu post raġel. Li se nipproponu aħna mhijiex biex mara tieħu post raġel.” qal dan il-Prim Ministru Joseph Muscat.
L-istħarriġ juri li ftit li xejn hemm differenzi fost dawk li jappoġġjaw partiti differenti. It-tnejn jemmnu fl-idea ta’ miżuri pożittivi. Skont dawn it-tweġibiet dawk li jappoġġjaw lill-Partit Laburista u anke dawk li jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonalista qed jaqblu mal-bżonn ta’ miżuri leġiżlattivi biex tkun indirizzata din il-kwistjoni. Ma tgħamilx differenza lanqas l-eta u lanqas ir-reġjun ta’ fejn wieħed jgħix.
Fl-aħħar snin Malta baqgħet tikklasifika fl-aħħar post fis-sehem tan-nisa fil-politika. Dan filwaqt li għamlet titjib f’oqsma oħra bħax-xogħol u l-ħatriet fil-ġudikatura. Għax fiż-żewġ okkażjonijiet kien hemm ir-rieda politika li ċaqalqet is-sistema.
Rieda politika li saħansitra kienet innotata mill-President tar-Repubblika.