Tfajl ta’ 23 sena minn Ħal Qormi tista’ tgħoddha b’waħda wara li kmieni dalgħodu nqalbet bil-karozza fl-Imsida.
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għall-ħabta tal-5:30 fi Triq Reġjonali Mikiel Anton Vassalli fl-Imsida meta l-vettura tat-tip Toyota Vitz nqalbet waqt li kienet qed tinstaq mit-tfajla ta’ 23 sena.
Fortunatament hi ħarġet mill-vettura u ma ġarrbet ebda ġrieħi.
Ritratt: Patrick Borg