Stephen Barclay, il-Ministru Ingliż għal Brexit, akkuża lin-negozjatur ewlieni għal Brexit Michel Barnier li qed jipprova jqajjem argumenti antiki fl-aħħar diskussjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.
Barnier qal li l-Gvern Ingliż jista’ jagħżel li jitlaq mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim dwar id-Dwana, biex tkun evitata kwistjoni mal-fruntiera Irlandiża. Iżda dan imur kontra r-rieda tal-Gvern Ingliż.
Ir-Renju Unit mistenni jitlaq mill-Unjoni Ewropea b’mod uffiċjali fid-29 ta’ dan ix-xahar, iżda s’issa il-Parlament Ingliż għadu ma qabilx fuq l-abbozz tat-tluq.