Boris Johnson għadu kemm indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha ħabbar li mhux se jikkontesta biex ikun il-mexxej ġdid tal-Partit Konservattiv Ingliż u Prim Ministru tar-Renju Unit. Johnson kien qed ikun meqjus bħala favorit b’ħafna jgħidu li kellu appoġġ kbir fost il-grupp parlamentari u l-partit konservattiv. Iżda, f’konferenza tal-aħbarijiet fejn tkellemd dwar Brexit, is-suċċess li kiseb bħala Sindku ta’ Londra ddikjara li mhuwiex il-persuna ideali biex fil-mument jieħu t-tmexxija tar-Renju Unit.
Aktar kmieni Michael Gove, Ministru Ingliż għall-Ġustizzja, ħabbar li se jikkontesta biex ikun hu l-mexxej ġdid. Gove kien bniedem prominenti fil-kampanja Brexit, u kien mistenni jappoġġja l-kandidatura ta’ Boris Johnson.
Qed tikkontesta wkoll il-Ministru għall-Affarijiet Interni Theresa May.
Nhar id-disgħa ta’ Settembru nkunu nafu min huwa l-mexxej ġdid u sa dakinhar mistennija kampanja qalila.