Hekk kif fl-aħħar jiem intemmet il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Pjan Nazzjonali għas-Saħħa Mentali, il-Ministeru għas-Saħħa rċieva madwar 40 sottomissjoni.
Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne waqt seminar imtella’ mill-Kunsill Nazzjonali għaż-Żgħażagħ.
Waqt dan is-seminar, il-KNŻ ippreżenta policy paper dwar is-saħħa mentali u ż-żgħażagħ.
Id-Deputat Prim Ministru feraħ liż-żgħażagħ għall-ħidma tagħhom u qal li l-pjanijiet tal-gvern għall-10 snin li ġejjin huma bbażati fuq tliet pilastri ewlenin: il-prevenzjoni, li titwaqqaf is-segregazzjoni u l-kura.