L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Charlon Muscat bħala Kappillan tal-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara.
Dun Charlon Muscat twieled fil-30 ta’ April 1985 u trabba l-Mosta fejn irċieva l-edukazzjoni fl-iskola primarja fil-Mosta.
Huwa kiseb l-edukazzjoni Sekondarja fl-iskola Vincenzo Bugeja, Birkirkara, u kompla l-istudji terzjarji fil-Fakultà tat-Teoloġija (Filosofija u Teoloġija) fl-Università ta’ Malta.
Ġie ordnat saċerdot fit-3 ta’ Lulju 2013. Dun Charlon beda l-ħidma pastorali tiegħu fl-2013 fil-parroċċa tal-Familja Mqaddsa, l-Iklin, u fl-2014 inħatar Direttur tal-Vokazzjonijiet Djoċesani.
Serva wkoll bħala direttur spiritwali fl-iskola tas-Seminarju Minuri u kien joffri servizz pastorali fil-parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Ħad Dingli.
Il-parroċċa ta’ San Ġużepp Ħaddiem tiġbor fiha madwar 5,800 persuna f’1,675 familja.