Il-Gvern Ingliż mistenni jagħti miljun Sterlina f’għajnuna għall-kriżi fis-Sirja tul din is-sena.
Dan apparti t-£3,000,000 li diġà kienu għal dan il-għan għall-2019.
Dawn il-flus se jagħtu l-appoġġ meħtieġ lill-persuni l-aktar fil-bżonn kemm fis-Sirja u anke f’pajjiżi fil-viċin billi jintefqu f’ilma nadif, ikel, ħwejjeġ, akkomodazzjoni u kura medika.
Mill-2012 s’issa, il-Gvern Ingliż ta aktar minn żewġ biljun sterlina f’għajnuna finanzjarja għall-kriżi Sirjana.
Dawn il-flus wasslu biex fost oħrajn, tqassmu aktar minn 10,000,000 vaċċin fil-pajjiż meqrud bil-gwerra, u ngħataw mal-140,000,000 konsultazzjoni medika.
Huwa stmat li aktar minn 360,000 persuna tiflu ħajjithom fil-gwerra ċivili fis-Sirja, li ilha għaddejja mill-2011.