Raġel ta’ 28 sena mil-Latvja li joqgħod Marsaskala inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li hedded lil ommu u lil oħtu li se jagħtihom daqqiet ta’ sikkina.
L-Ispettur Oriana Spiteri qalet lill-qorti li dan ma kienx l-ewwel rapport ta’ vjolenza domestika tal-akkużat. Dan hekk kif fil-passat huwa hedded ukoll lil ommu b’imqass.
L-Avukat difensur Joe Bonnici wieġeb mhux ħati għall-akkużat u spjega kif ir-raġel għandu problemi mentali u għalhekk għandu bżonn attenzjoni medika.
Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif ir-raġel ma kellux residenza alternattiva ħlief mal-vittmi. Dan filwaqt li rrakomandat lid-direttur tal-ħabs sabiex l-akkużat jinżamm fit-taqsima forensika tal-Isptar Monte Karmeli.