28 atleta tal-Ispecial Olympics qabdu triqithom lejn Abu Dhabi biex jikkompetu fl-Ispecial Olympics World Summer Games 2019.
L-atleti Maltin se jikkompetu f’għadd ta’ dixxiplini, fosthom l-atletika, il-ġinnastika artistika, bowling, table-tennis għawm u izjed.
Ma’ dawn ingħaqdu dixxiplini ġodda – unified bowling, golf, triathlon u c-ċikliżmu.
Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta il-kontinġent Malti – li hu magħmul minn madwar 50 persuna – iltaqa’ ma’ mart il-Prim Ministru u President ta’ Special Olympics, is-Sinjura Michelle Muscat; li ltaqgħet u tkellmet mal-atleti fi triqithom għall-avventura tagħhom fl-Emirati Għarab Magħquda.
Avventura li hi possibbli għal għadd ta’ fondi miġbura mill-Fondazzjoni Marigold, partikolarment l-għawma tas-Sinjura Michelle Muscat f’Lulju li għadda bl-isem Rock to Rock.