L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-masterplan rivedut għall-gżira ta’ Manoel Island li se jiggarantixxi aktar spazju miftuħ għall-pubbliku.
Il-masterplan ġie approvat b’għadd ta’ reviżjonijiet minn dak tal-1999 għall-iżvilupp tal-gżira.
Il-masterplan approvat se jwassal għal bilanċ aħjar bejn l-iżvilupp u l-ispazji miftuħa permezz ta’ bidliet fl-iżvilupp propost.
Il-proġett il-ġdid se jinkludi tnaqqis ta’ tmint elef metru kwadru ta’ art għall-iżvilupp u tnaqqis fil-binjiet kummerċjali għal aktar postijiet residenzjali u spazji miftuħa.
Il-proġett se jinkludi wkolll il-bini ta’ pont ieħor għan-nies li jkunu mexjin u għaċ-ċiklisti.
L-Awtorità żiedet tgħid li l-biċċa l-kbira tal-gżira se tkun żona pedonali b’aċċess limitat ħafna għall-vetturi għajr għal każi eċċezzjonali u emerġenzi.
Il-proġett se jinkludi wkoll aktar minn elfejn u ħames mitt parkeġġ li se jkunu taħt il-livell ta’ triq.