Diversi stazzjonijiet tar-radju Awstraljani, Kanadiżi u dawk ta’ New Zealand rrifjutaw li jdoqqu diski tal-kantant Michael Jackson minħabba akkużi friski ta’ abbużi sesswali fuq minorenni.
Nova Entertainment f’Sydney ħabbret l-intenzjoni tagħha li ma ddoqx iktar diski tal-kantant b’rispons mill-pubbliku.
Din id-deċiżjoni kienet riżultat tad-dokumentarju Amerikan “Leaving Neverland” li wriet żewġt irġiel li allegaw li ġew abbużati sesswalment mill-kantant għal diversi snin.
Dan id-dokumentarju għadu ma ġiex imxandar fl-Awstralja.