L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ, festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti, se jittella’ fil-15 ta’ Marzu li ġej fit-teatru tal-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop.
16-il finalist se jipparteċipaw fil-festival, bl-edizzjoni ta’ dis-sena se tindirizza wkoll l-aspett edukattiv li jitwassal mit-talent artistiku.
Il-festival se sservi wkoll bħala pjattaforma ta’ tnedija għall-programm tal-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mal-Kulleġġ San Benedittu, li għandu l-għan li jsaħħaħ l-abbiltajiet artistiċi taż-żgħażagħ bil-kitba u kanzunetti.
L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ se jkollha wkoll l-appoġġ tal-Malta Concert Orchestra, li ensemble minnha se takkumpanja l-parteċipanti waqt il-festival.
Waqt it-tnedija tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ, il-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarji Parlamentari Clifton Grima u Chris Agius qalu li dawn it-tip ta’ inizjattivi huma essenzjali fil-formazzjoni tat-talent lokali żagħżugħ.