Illum l-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed tiddeċiedi dwar żvilupp propost f’Ħondoq ir-Rummien, limiti tal-Qala.
Din hija deċiżjoni mistennija ferm minn attivisti favur l-ambjent, f’Għawdex, u għaqdiet oħra li jaħdmu fis-settur. Dan għaliex għal snin twal il-post kien mhedded minn applikazzjonijiet għal żvilupp.
B’din l-applikazzjoni qed ikun propost li ssir yacht marina u villaġġ turistiku.
Peró r-rapport tal-Case Officer qed jirrakkomanda li dan l-iżvilupp ikun irrifjutat. Għalkemm deċiżjoni aħħarija tittieħed mill-bord tal-awtorità li se jiltaqa’ llum, ir-rapport ta’ iktar minn 40 paġna ta sitt raġunijiet ewlenin għaliex din l-applikazzjoni għandha tkun irrifjutata.
Fl-aħħar jiem l-organizazzjoni amnbjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar ipproponiet li Ħondoq ir-Rummien ikun protett billi jkun iddikjarat dominju pubbliku, bis-saħħa ta’ liġi li għaddiet dan l-aħħar mill-parlament.