Amanda Borg Manduca ġiet illiberata mill-akkużi miġjuba kontriha wara li fil-Qorti ġiet mixlija li ħadet sett tat-televiżjoni u lożor minn appartament li kienet qegħda tikri.
Il-każ allegatament seħħ f’Diċembru tas-sena li għaddiet.
Minħabba li l-prosekuzzjoni ma resqitx biżżejjed provi dwar dan – jiġifieri ma kienx hemm inventarju li juru xhieda ta’ dan, il-Qorti lliberat lil Borg Manduca minn kull ħtija.