Claudia Strauss ġiet immultata tletin ewro wara li fil-Qorti nstabet ħatja li kkawżat ġrieħi ħfief fuq Jens Ruediger Wiedemann.
Il-każ seħħ f’Settembru tas-sena li għaddiet f’appartament li jinsab in-Naxxar. Jidher li Strauss iffastidjat lir-raġel u għamlet xenata wara li dan ma riedx jiżgumbra mill-appartament.
Fil-Qorti ngħad li malli l-imputat indunat li r-raġel ma kienx qed jagħti kasha qabdet ornament u bdiet ittih bih fejn ikkawżatlu ġrieħi ħfief.