Mill-lejla, għada u pitgħada billejl, mit-8 ta’ filgħaxija sal-5 ta’ filgħodu, Infrastructure Malta se tkun qed tagħmel xogħolijiet biex titneħħa s-central strip f’parti minn Triq Reġjonali bi tħejjija għall-bini mill-ġdid tal-pont ta’ Triq il-Wied, l-Imsida.
Triq Reġjonali ser tibqa’ miftuħa b’korsija waħda kull direzzjoni. Il-korsiji ta’ barra se jkunu magħluqin sabiex jitħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Infrastructure Malta għamlet appell lis-sewwieqa sabiex joqogħdu attenti u jsegwu l-limiti ta’ veloċità mnaqqsa.
Il-pont il-ġdid se jitwessgħa biex Triq Reġjonali tiżdied għal sitt korsiji bħala parti minn dan il-proġett ta’ €7 miljun li jinkludi wkoll it-titjib ta’ 7 junctions bejn il-mini Tal-Qroqq u Santa Venera.