Ħidma kemmxejn differenti mis-soltu minn żewġ uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili waslet biex jiġi salvat kelb li weħel f’irdum fil-bajja ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn.
Milli jidher il-kelb intilef u beda jhuf fl-inħawi bil-konsegwenza li għamel xi ħin maqbud fl-irdum.
Minnufih ġew infurmati l-Animal Welfare kif ukoll il-Protezzjoni Ċivili.
Il-kelb ittiħed lejn l-isptar tal-annimali sabiex jiġi ċċekjat u jinstabu s-sidien tiegħu.
Fuq il-midja soċjali kienu ħafna li faħħru l-ħidma taż-żewġ uffiċjali kif ukoll tal-Animal Welfare.