40 Taljan qed jiġu investigati mill-Pulizija ta’ Ragusa wara li nqabdu bi 30 karozza lussuża misruqa li kienu lesti biex jiġu esportati lejn Malta. Mhux qed jiġi eskluż li minn pajjiżna dawn il-karrozzi imbagħad kienu jiġu trasportati bil-baħar lejn portijiet Libjani.
Il-Pulizija Taljana qalet li din l-investigazzjoni daret ma’ 3 organiżazzjonijiet kriminali differenti li kienu qed jispeċjalizzaw fis-serq tal-karozzi tal-karozzi lussużi u bejgħ tagħhom. Waqt l-investigazzjoni tagħhom is-sezzjoni tat-Traffiku tal-Pulizija ta’ Ragusa rritornat lura l-karozzi kollha misruqa li bejniethom ammontaw għal miljuni ta’ ewro.
Rapporti fil-media Taljana qed jgħidu li l-Pulizija wettqet tfittxijiet f’50 sit li huma ta’ madwar 40 suspettat ewlieni f’din l-investigazzjoni. Apparti l-karozzi misruqa fil-port ta’ Pozzallo l-Pulizija sabu wkoll senter, pjanċi tal-karozzi illeġittimi, parts tal-karozzi misruqa u dokumenti foloz jew misruqa.